Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija ħabret li nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju, f’jum il-votazzjoni t-transport pubbliku se jkun qed jaħdem aktar kmieni mis-soltu. Dan l-arranġament qed isir sabiex l-Assistenti Kummissonarji Elettorali jaslu fuq il-post assenjat lillhom għal madwar is-6 ta’ filgħodu.
Dan qiegħed isir b’arranġament ma’ Transport Malta.
Il-Kummissjoni Elettorali żiedet tgħid fl-istqarrija li t-transport se jkun bla ħlas, la darba l-persuna turi t-tag tal-identità maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.
Il-Kummissjoni Elettorali qed tavża wkoll li wara li l-Assistenti Kummissonarji Elettorali jiddepożitaw il-kaxex tal-voti u anke materjal ieħor tal-elezzjoni fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, se jkollhom transport provdut mingħajr ħlas lejn il-lokalijiet kollha ta’ Malta.
Hawn taħt tista’ tara l-lista ta’ kif se jkunu l-ħinijiet tat-transport pubbliku ta’ Jum il-Votazzjoni.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2019/05/PR191137a.pdf”]