Fl-Indonesja, sitta nqatlu u aktar min 200 indarbu fi protesti li saru t-Tlieta filgħaxija fil-pajjiż, minħabba r-riżultat tal-elezzjoni ġenerali.
It-Tlieta tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni, fejn il-President tal-Indonesja, Joko Widodo rebaħ b’55.5% tal-voti.
Ir-rival tiegħu, Prabowo Subianto mhux jaċċetta dan ir-riżulta. Minħabba hekk, Subianto fetaħ każ fil-Qorti Kostituzzjonali tal-pajjiż, minħabba allegazzjonijiet ta’ tbabis fil-voti.
B’konsegwenza t’hekk, mijiet ta’ persuni ħarġu jipprotestaw fit-toroq ta’ Jakarta, fejn bdew jattakkaw lill-pulizija u anke bdew iqabbdu l-karozzi. Il-pulizija rreagixxit billi wadbet il-gas tad-dmugħ u l-ilma lejn id-demostranti.