Fl-aħħar dibattitu bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qabel l-elezzjonjiet tas-Sibt li ġej, il-poplu seta’ jara d-differenza bejn iż-żewġ mexxejja ewlenin.
Prim Ministru u Mexxej b’vizjoni li dejjem jaħdem b’Malta f’qalbu.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal: “Aħna Malta f’qalbna dejjem. Mhux parti ta’ Malta f ‘qalbna. B’qalbna kollha nħobbu.”
U kap li dejjem jara lil Malta bħala l-agħar fl-ewropa
Waqt li l-Kap tal-Oppozizzjoni qal li Malta hi “l-agħar fl-Ewropa”.
Għall-kuntrarju, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li huwa kburi b’pajjiżu u se jaħdem sabiex f’kull qasam nkunu l-aqwa fl-Ewropa.
Huwa qal: “il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid jagħmlilna kuraġġ biex jgħidilna kemm aħna ħażin. M’aħna ħażin xejn. Wiċċi minn quddiem ngħid li aħna l-aqwa fl-Ewropa u fejn ma wasalniex, se naslu l-aqwa fl-Ewropa.”
Prim Ministru li jaħdem dejjem għall-għaqda u għall-interess nazzjonali. Huwa qal “Aħna nitilqu mill-punt ta’ tluq li dak li jgħaqqadna huwa b’saħħtu aktar minn dak li jifridna.”
Firda li qiegħda fil-Partit Nazzjonalista. Partit maqsum bejn il-fazzjoni tal-Kap Adrian Delia u l-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil. Bil-kontra l-Prim Ministru li hu jmexxi partit magħqud u partit li jaqbel miegħu.
Dan deher fiċ-ċar meta l-Prim Ministru qal: “Qalli dwar Chris Fearne. Jien naqbel ma’ Chris Fearne u ma’ kull membru ieħor, xi ħaġa li ma tistax tgħidiha int.”
Adrian Delia ma jridx li l-poplu jiġġudikah għax għalih dawn huma biss elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. Dan anki jekk Adrian Delia pprova jċaħħad id-dritt tal-vot lill-aktar minn 130,000 persuna fi 23 lokalità differenti, billi ma nnominax biżżejjed kandidati għall-kunsilli lokali, l-aktar fil-lokalitajiet tan-Nofsinhar ta’ Malta u f’Għawdex.
Prim Ministru li ma jiddejjaqx li l-poplu jiġġudikah, u f’dawn l-elezzjonijiet qiegħed jagħti l-għażla lill-poplu Malti, sabiex jagħżel bejnu u bejn Adrian Delia.
Il-Prim Ministru qal: “u ma nidejjaq xejn li l-poplu jiġġudikani. Għażla bejni u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Fit-tieni leġislatura hu ovja li l-poplu se jiġġudikani. Kieku l-għażla mhux bejnietna x’qegħdin niddibatu nagħmlu.”
Iżda fuq kollox, il-Prim Ministru huwa kommess li jkompli jaħdem għal ġejjieni ta’ pajjizna, għax Malta hija f’qalbna.
“Il-futur tal-pajjiż fejn irridu nieħdu lil pajjiżna għax Malta f’qalbna.”
Malli l-Prim Ministru lissen l-aħħar kelma f’dan id-dibattitu, il-Kap Nazzjonalista qam minn bilwiefa u kellu seba’ mitt sena sakemm jitlaq ‘il barra mill-istudio. B’Delia qam bilwieqfa anki jekk il-preżentatur kienu għadu għaddej bil-programm.