Tħabbar investiment ta’ miljun ewro fuq aktar minn 32 blokka ta’ Housing f’Ħal Qormi.
Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes li fisser kif minn dan il-programm ambizzjuż se jibbenefikaw 336 familja. Huwa qal li dawn il-miljun ewro marru f’xogħolijiet ta’ manutenzjoni u rinnovar, flus li sewwew inkonvenjenti kbar iżda li sebbħu wkoll l-ambjent tal-komun.
Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li dawn il-blokkok huma parti minn ħames housing estates f’Ħal Qormi, li huma ta’ Pascarella, Farsina, Blat 1 u Blat 2 u ta’ San Bastjan.