Malta u Għawdex dejjem f'qalbna – Noel Cassar | One News

Notifiki

Malta u Għawdex dejjem f’qalbna – Noel Cassar

Fl-aħħar attivita’ politika tal-Partit Laburista ġewwa Għawdex, eżattament ġewwa Xewkija, il-kandidat tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Noel Cassar, ta’ stampa ċara fuq il-kambjament li sar f’Għawdex f’dawn l-aħħar snin. Tkellem rigward l-infrastruttura fit-toroq f’Għawdex fejn ħadet spinta ‘l quddiem, fuq diversi proġetti għas-sajjieda u anke ħafna proġetti f’żoni industrijali f’Għawdex, biex nipprovdu futur liż-żgħażagħ Għawdxin. Ma’ naqasx milli jitkellem fuq l-infrastruttura fis-saħħa f’Għawdex, fejn se jkollna sptar ġdid state-of-the-art biex ikun l-akbar sptar li qatt kellu Għawdex. Il-ġimgħa l-oħra tħabbar wkoll li Għawdex ħa jkollu r-raba’ vapur biex ikompli jżid it-turiżmu ġewwa din il-gżira.

Cassar semma li t-titjib qiegħed jinħass miċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha. Titjieb f’iktar żieda lil pensjonanti, titjieb li sejjer għand il-familja, f’child care b’xejn, b’transport għat-tfal tal-iskola b’xejn u eżamijiet tal-MATSEC b’xejn, għand iż-żgħażagħ f’żidiet tal-istipendju u transport b’xejn sa’ eta’ ta’ 20 sena. Titjieb li sejjer għand il-koppji li jixtiequ jkollhom l-ewwel dar tagħhom u qed jiffrankaw it-taxxa u anke għand dawk li għal xi raġuni jew oħra ma’ jistawx ilaħqu mal-ħajja. Qed naraw proġetti kbar biex intjebu l-ħajja ta’ kuljum fi spazji kbar ta’ rikreazzjoni.

Il-kandidat għal-Parlament Ewropew għamel referenza ċara għal dawk li jippratikaw il-passatemp tradizzjonali tal-kaċċa u ta’ l-insib. Cassar li ġej minn familja ta’ kaċċaturi u nassaba, spjeġa li jħoss weġgħa meta jiġi xi ħadd minnhom u jgħid li mhux se jivvota għall-elezzjonijiet tal-Ewropa. Hu qal li ma rridux naqgħu fil-lixka tal-Partit Nazzjonalista li jixtieq li l-kaccaturi u n-nassaba ma’ joħorġux jivvutaw. Cassar fakkar lil min gideb lil kaċċaturi u n-nassaba fl-2003 u fakkar wkoll li kien il-Gvern Laburista li kien spalla ma’ spalla fir-referendum tal-kaċċa u min reġa fetaħ l-istaġun tar-rebbiegħa wara 4 snin magħluq.

Cassar temm id-diskors tiegħu billi ħeġġeġ lin-nies biex joħorġu jivvutaw nhar is-Sibt li ġej biex nagħtu sinjal patrijottiku u ta’ mħabba lejn pajjiżna, li ma niċħdu qatt lill-art twelidna għax Malta u Għawdex jiġu l-ewwel u qabel kollox. Kemm-il darba jkun elett, Noel Cassar ħa jkun il-Vuċi tiegħek fl-Ewropa għax Malta kienet, għadha u ħa tibqa f’Qalbna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend