Malta bi strateġija nazzjonali għall-E-Sports … Industrija li se tiġġenera 3,000 impjieg full-time – One News

Notifiki

Malta bi strateġija nazzjonali għall-E-Sports … Industrija li se tiġġenera 3,000 impjieg full-time

Malta għandha strateġija nazzjonali għal-logħob diġitali.

F’Kastilja, il-Prim Ministru nieda din l-istrateġija li kienet imwiegħda fil-budget imħabbar għal din is-sena.

Hu stmat li madwar id-dinja, bħalissa hemm kważi nofs biljun persuna involuti fil-logħob diġitali u wara li Malta saret l-ewwel pajjiż fid-dinja b’leġislazzjoni dwar il-Blockchain, pajjiżna qed ikun pijunier fil-qasam tal-logħob diġitali.

Dan is-settur diġa qed jiġġenera mijiet ta’ miljuni ta’ dollari f’diversi pajjiżi u permezz ta’ din l-istrateġija, Malta qed tħares biex l-ekonomija tagħha tkompli tiddiversifika minn settur ieħor innovattiv.

Fit-tnedija tal-istrateġija, Dr Muscat qal li dan is-settur għandu potenzjal kbir.

Qal li dak li qed tagħmel Malta huwa importanti mhux biss għax pajjiżna se jkun ċentru importanti fil-Mediterran għall-Gaming iżda dak li qed isir huwa konformi mar-regoli Ewropew.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal: “So we’re setting up quite clearly that within a decade we want to have this sector contribute to 1% of our GDP. Silvio put it at around 230 million. I would say that within a decade would be substantial more than that obviously but that’s today’s equivalent, he was right in quoting that figure.”

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri saħaq li l-pjan tal-Gvern huwa li fuq medda ta’ għaxar snin pajjiżna joħloq mat-tlett t’elef impjieg full-time marbut mal-qasam tal-E-Sports.

Qal li se jkun hemm għadd ta’ inċentivi fiskali lil għadd ta’ kumpaniji f’dan il-qasam li joperaw f’Malta.

Semma pilastru importanti f’din l-istrateġija biex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jaħtfu l-opportunità mill-ħolqien ta’ dawn l-impjiegi ta’ kwalità.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal: “Fosthom miżuri wkoll fl-aspett edukattiv u li ħa nkunu qegħdin naħdmu flimkien mal-MCAST u l-Università ta’ Malta biex nimmodifikaw ukoll il-courses li diġa għandhom eżistenti sabiex imbagħad nagħmluhom f’livell għoli.”

Fuq wiċċ l-i-gamers Maltin dehret espressjoni ta’ sodisfazzjon li issa hemm xi ħadd qed jagħraf il-potenzjal tagħhom.

Wieħed mill-i-gamers li ltqajna miegħu huwa Dylan Caruana li qal magħna: “Pero issa qed nużaw il-potenzjal li aħna qegħdin f’nofs il-Mediterran allura ħafna u ħafna iktar players fl-Ewropa ħa jkunu jafu aħna l-gamers Maltin s’insarfu.”

Fi tmiem it-tnedija tal-istrateġija ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Fondazzjoni Gaming Malta, f’isem il-Gvern Malti u ESL, kumpanija rinomata u l-eqdem waħda fil-qasam tal-E-Sports.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend