L-aħħar ċans biex tiġbor id-dokument tal-vot – One News

Notifiki

L-aħħar ċans biex tiġbor id-dokument tal-vot

Fi stqarrija, l-Kummissjoni Elettorali fakkret lil dawk li għadhom ma ġabrux id-dokument tal-vot, fadalhom sal-Ħamis f’nofs il-lejl biex wieħed jista’ jagħmel dan.

Il-voti jistgħu jinġabru llum, l-Erbgħa 22 ta’ Mejju mit-8 ta’ filgħodu sal-10 ta’ filgħaxija u għada, il-Ħamis 23 ta’ Mejju bejn it-8 ta’ filgħodu sa nofs il-lejl.

Id-dokumenti tal-voti jistgħu jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, għal dawk irreġistrati Malta u għal dawk irreġistrati Għawdex jistgħu jiġbru d-dokument tal-vot mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, f’Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex.

Il-Kummissjoni Elettorali fakkret li d-dokument tal-vot irid jinġabar personalment u jrid jipprezenta wkoll il-karta tal-identità.

Mingħajr dokument tal-vot, nhar is-Sibt, ma’ tistax tivvota!

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend