Għad ma hemmx qbil għal Brexit | One News

Notifiki

Għad ma hemmx qbil għal Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż, Theresa May, se terġa’ tressaq pjan ġdid dwar Brexit fil-Parlament. Hija se tkun qed tiddiskuti mal-Membri Parlamentari dwar il-bidliet fl-abbozz tal-liġi dwar il-ftehim Brexit, li fih se jkun jinkludi li l-Membri Parlamentari jistgħu jivvutaw dwar possibiliment referedum ieħor.

Min naħa tagħhom il-Membri Parlamentari Laburisti sostnew li ftit li xejn inbidel fl-abbozz ta’ liġi, u li b’hekk mhumiex kunfidenti biex jivvutaw favurih. Hemm dubji wkoll jekk il-vot f’Ġunju hux se jsir.

Il-Membri Parlamentari diġà rrifjutaw il-pjanijiet dwar Brexit tlett darbiet kif filwaqt li fallew t-tentattivi biex jintlaħaq kompromess formali mal-Partit Laburista Ingliż.

It-Tlieta, il-Prim Ministru staqsiet lill-Membri Parlamentari biex jieħdu l-aħħar ċans li jwassal għall-ħruġ tal-Ingilterra mill-Unjoni Ewropea, inkella hemm ir-riskju li dan il-pjan ma jseħħx. Minkejja dan, May ma rnexxieliex idawwar il-fehma tax-xettiċi favuriha.

Il-Membru Parlamentari u li kien attivist favur li l-Ingilterra ma tibqax stat tal-Unjoni Ewropea, Boris Johnson, iddikjara fuq Twitter li dak li qed titlob May imur kontra l-manifest u li b’hekk huwa se jivvota kontra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend