Wara li kien ilu jħambaq għal dibattitu televiżiv mal-Prim Ministru Joseph Muscat, fi tmiem id-dibattitu tal-Erbgħa filgħaxija, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kellu seba’ mitt sena biex jitlaq ‘il barra mill-istudio tant li l-preżentatur ħares dritt f’għajnejh u mmarkalu b’idu biex jerġa’ jpoġġi bilqiegħda.
Fil-fatt fi tmiem id-dibattitu ma’ Joseph Muscat, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia lanqas ta ċans lill-preżentatur Mario Xeureb biex jagħmel il-konklużjoni tad-dibattitu b’rabta mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.
Delia qam minn fuq is-siġġu bħal donnu student li mar ħażin fl-eżami u kellu seba’ mitt sena sabiex jitlaq ‘il barra mill-istudios tal-PBS, ironikament fl-istess post li l-Ġimgħa li għadda mar jitlob għal dibattitu mal-Prim Ministru Joseph Muscat.