Ferdinando Apap l-plejer tas-sena tal-GFA – One News

Notifiki

Ferdinando Apap l-plejer tas-sena tal-GFA

Il-Gozo Football Association temmet uffiċċjalment l-istaġun tal-futbol 2018/2019 bl-avveniment annwali tal-GFA Awards 2018/2019, fejn l-assoċjazzjoni ħabbret u ppreżentat l-unuri individwali f’diversi kategoriji ta’ kompetizjonijiet tal-futbol Għawdxi.  L-unuri ewlenin kienu deċiżi wara proċess ta’ votazzjoni bis-sehem tal-ġurnalisti u l-presidenti u kaptins ta’ kull klub.

Ferdinando Apap, ta’ Victoria Hotspurs rebaħ l-unur l-aktar mistenni bħala l-Plejer tas-sena tal-GFA.  Din kienet it-tieni darba li Apap rebaħ dan l-unur fil-karriera wara li kien magħżul bħala l-plejer tas-sena fi tmiem l-istaġun 2013/2014.

L-attakant Brażiljan Elton Da Silva ta’ Victoria Hotspurs kien ippremjat bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat BOV Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni bi tletin gowl u rebaħ ukoll l-unur bħala l-Aħjar Plejer Barrani tal-ewwel diviżjoni għat-tieni staġun konsekutiv, filwaqt li l-kowċ ta’ Victoria Hotspurs Gotthard Conti kien magħżul bħala l-kowċ tas-sena għat-tieni sena konsekutiva.  L-unur tal-aktar plejer Prometenti ntrebaħ mill-plejer żagħżugħ ta’ Kerċem Ajax, Nathaniel Mercieca.

Ebube Ralph Okpokwu ta’ Sannat Lions kien l-aqwa skorer tal-kampjonat BOV Gozo Football League tat-tieni diviżjoni b’sitta u għoxrin gowl, l-attakant Spanjol ta’ Żebbuġ Rovers Marcos Peres Vega rebaħ l-unur tal-Aħjar Plejer Barrani tat-tieni diviżjoni u Joseph Zammit ta’ Sannat Lions kien magħżul bħala l-Plejer tas-Sena tat-tieni diviżjoni.

Unuri oħra kienu mogħtija lil aħjar plejer tas-sena u l-aqwa skorers f’diversi kategoriji tal-futbol tan-Nisa u ta’ kompetizzjonijiet tal-Gozo Youth FA.

Ingħataw ukoll diversi premijiet speċjali lil diversi persuni għal-kontribut li taw lil futbol Għawdxi bħal Ferdinando Apap li huwa l-ewwel plejer mill-futbol Għawdxi li ssejjaħ u lagħab mat-Tim Nazzjonali u Dione Lautier, ex-plejer tal-futbol Għawdxi li għad għandu r-rekord bħala l-aktar plejer li skorja gowls fil-futbol Malti.  Ġew ipremjati ukoll tlett ex-membri ta’ klubs u ex-uffiċjali fil-Kunsill tal-assoċjazzjoni għal ħidma tagħhom u ukoll ngħata rikonoximent lil membri tal-media li jirrapurtaw il-futboi Għawdxi u lill-ħaddiema ta-Gozo Stadium għad-dedikazzjoni sabiex jżommu dan il-grawnd ewlieni fl-aħjar kundizzjoni possibli.

Fi tmiem is-serata l-President tal-Gozo Football Association, Dr Samuel Azzopardi ndirizza lil mistiedna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend