Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo llejla ħareġ jgħajjar lill-kandidati tal-Partit Laburista bħala riċiklati.
F’diskors li għamel fil-Mosta, Vassallo qal li ħadd mill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista mhu rriċiklat. Fid-diskors tiegħu huwa ħareġ jattakka wkoll lill-Prim Ministru Joseph Muscat għax il-Ħadd li għadda inawgura xogħol ta’ tisbiħ li għamel fil-Ġnien l-Għarusa tal-Mosta.