Delia jerġa’ jgħid li hu kontra l-investiment fit-toroq – One News

Notifiki

Delia jerġa’ jgħid li hu kontra l-investiment fit-toroq

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia reġa’ ddikjara li huwa kontra l-investiment ta’ seba mitt miljun ewro sabiex jitranġaw it-toroq kollha f’pajjiżna. Skontu b’dan l-investiment ma ssolvi xejn.

Iżda l-Prim Ministru wieġeb lil Adrian Delia li t-toroq tagħna huma sfrakassati.

Il-Prim Ministru fakkru fi studju tal-ekonomista Gordon Cordina li analizza sebgħa mill-proġetti li qegħdin isiru fit-toroq tagħna. Rapport li ħareġ li se jkun hemm 62,000 elf tunnellata anqas tat-tniggis fl-arja. Ħames miljun siegħa inqas ta’ vvjaġar u 25 miljun inqas f’nefqa ta’ fuel.

“Jien ma nafx għandekx ħelicoper għax jien ngħaddi mit-toroq u hemm bżonn li jsir investiment.”

Fid-dibattitu kompliet toħroġ l-inkonsitenza ta’ Adrian Delia. Wara xahar kampanja jitkellem u jbeżża’ bl-abort, qal li jkun il-pajjiż li jiddeċiedi jekk jidħolx l-abort jew le u mhux l-Unjoni Eworopea.

“Sew li tgħid li hija fl-għażla tal-pajjiż li tagħmel id-deċiżjoni”, qal Delia.

Hawnhekk, il-Prim Ministru rrimarka kif il-Partit Nazzjonalista meta jkun dahru mal-ħajt juża l-kampanja elettorali biex ibeżża’.

“Dr Delia jagħmel bħal ta’ qablu. Ikun dahru mal-ħajt jivvinta kwistjoni. Jivvinta firda fejn ma teżisthiex”, qal b’mod ċar il-Prim Ministru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend