Żewġt irġiel ndarbu gravi u ieħor ħelisha ħafif wara li waqa’ arblu tal-festa fuqhom fil-Fgura.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-18:00 fi Triq Mahatma Gandhi, il-Fgura.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il -post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li tliet irġiel ta’ 77, 49 u 41 sena rispettivament u residenti l-Fgura, kienu sofrew ġrieħi waqt li kienu qed iniżżlu arblu tal-bnadar fuq bejt ta’ residenza wara li dan niżel fuqhom.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittmi l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, iż-żewġt irġiel ta’ 49 sena u 41 sena ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi. Ir-raġel ta’ 77 sena sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.