Mijiet ta’ residenti fix-Xgħajra u f’Wied il-Għajn taw merħba lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat.
Huwa ħeġġeġ biex kulħadd joħroġ jivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.
Fix-Xgħajra, Dr Muscat fakkar li kieku kien għall-Partit Nazzjonalista, l-elezzjoni f’din il-lokalita ma kinitx issir.
F’Wied il-Għajn, il-Prim Ministru qal li dan il-lokal gawda u se jkompli jgawdi minn progetti ta’ fejda. Saħaq ukoll li Wied il-Ghajna se jixpruna bidla ‘l quddiem fin-Nofsinhar ta’ Malta.