Ħadd ma ndarab f’nirien kbar li qerdu għalkollox karavan f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Xhieda fuq il-post qalu lil one.com.mt li kienu għall-ħabta tas-6.30 p.m. li għal xi raġuni beda ħiereġ duħħan qawwi mill-karavan. Jidher li l-caravan inħakem min-nirien f’tebqa t’għajn u nqered għalkollox.