Ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat juru li matul is-sena li għaddiet, il-Maltin komplew igawdu fost l-irħas kontijiet tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea.
Iċ-ċifri tal-Eurostat juru li waqt li sena li għaddiet, il-prezzijiet tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea żdiedu b’aktar minn €21 għal kull kilo watt hour jew bi 3.5%, il-prezz tal-elettriku għall-konsumatur f’Malta baqa’ fl-istess ilma li kien fl-aħħar snin mindu l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat naqqas il-kontijiet b’25%.
L-istatistika tal-Eurostat turi li Malta kellha r-raba’ l-irħas kontijiet fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u l-uniċi pajjiżi li kellha rati ta’ irħas minn Malta kienu l-Ungerija, il-Litwanja u l-Bulgarija.
Il-prezz tal-elettriku f’Malta kien ta’ €13 għal kull 100 Kwh, kważi n-nofs tal-medja tal-Unjoni Ewropea li kienet aktar minn €21 fost il-pajjiżi.