Tiġi fi tmiemha l-avventura ta’ Andre’ Schembri ma’ Apollon Limassol – One News

Notifiki

Tiġi fi tmiemha l-avventura ta’ Andre’ Schembri ma’ Apollon Limassol

Permezz tal-profil tiegħu fuq facebook, l-ex attakkant internazzjonali Malti André Schembri kkonferma li mhux ser jibqa’ jilgħab mat-tim ta’ Apollon Limassol F.C. fl-ogħla diviżjoni tal-Kampjonat Cipriot. Apollon FC spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika b’total ta’ 58 punt, 12-il punt taħt il-leaders APOEL FC.Schembri sostna li hija dejjem diffiċli li ssellem lil kwalunkwe klabb li ma tkunx ser tibqa’ miegħu speċjalment lil Apollon li kienu parti important minn ħajtu. Waħda mill-aqwa tragwardi ta’ Schembri ma’ Apollon kien li rnexxielu jilgħab fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Ewropa League.

Għadu mhux magħruf jekk Schembri huwiex ser jirritorna jilgħab f’Malta iżda l-preferenza ewlenija jidher li ser tibqa’ kampjonati barranin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend