Se tfaqqa' gwerra bejn l-Istati Uniti u l-Iran? "Nispera li le"- Trump | One News

Notifiki

Se tfaqqa’ gwerra bejn l-Istati Uniti u l-Iran? “Nispera li le”- Trump

Il-President Amerikan Donald Trump wissa lill-Iran li jekk tfaqqa’ gwerra bejn iż-żewġ pajjiżi, l-Iran jaqa’. Huwa għamel din it-theddida fuq Twitter, fejn fl-istess nifs qal ukoll biex qatt aktar ma jheddu lill-Istati Uniti.
Qed ikun irrappurtat ukoll li l-Amerika bagħtet diversi bastimenti tal-gwerra lejn il-pajjiż, minkejja li fl-aħħar jiem prova jagħti x’jifhem li se jtemm il-kunflitt mal-Iran. Mistoqsi mill-ġurnalisti jekk l-Istati Uniti hux se tiddikkjara gwerra kontra l-Iran, il-President Trump wieġeb biss: “nispera li le”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend