Merħba mill-isbaħ lill-Prim Ministru fil-Gudja u Santa Luċija | One News

Notifiki

Merħba mill-isbaħ lill-Prim Ministru fil-Gudja u Santa Luċija

Il-Gudjani nfexxew f’ċapċip hekk kif lemħu l-karozza tal-Prim Ministru tasal quddiem iċ-ċentru Laburista tal-Gudja. U hekk kif ħareġ mill-karozza l-miġema numeruża bdiet iċċapċap u tgħajjat isem Joseph. L-istess sentimenti qasmuhom ir-residenti ta’ Santa Luċija li inġabru bi ħġarhom quddiem iċ-ċentru tal- istess lokalità.

F’messaġġ ewlieni u komuni fiż-żewġ lokalitajiet il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista ħeġġeġ biex kulħadd joħroġ jivvota u jivvotaw lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista. B’mod umoristiku huwa staqsa lil dawk preżenti kemm hemm kandidati għall-Parlament Ewropew, u l-folla wieġbet erbgħatax.

Intant fl-għeluq tiegħu huwa qal biex jekk jafu li hemm persuni li għadhom ma ġabrux id-dokumenti tal-voti, biex iħeġġuhom jmorru jiġbruhom mis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend