Mara ndarbet gravi wara li ntlaqtet b’karozza fir-Rabat f’Għawdex.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-14:30 fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat Għawdex.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Ingliż ta’ 46 sena residenti l- Għarb Għawdex li kien qed isuq vettura tal-għamla Lexus, għal xi raġuni laqat Franċiża ta’ 62 sena u residenti Buġibba.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-vittma ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.