Raġel ta’ 55 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabat bi quad bike f’Ħ’Attard.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:00 fi Triq Valletta f’Ħ’Attard meta għal xi raġuni s-sewwieq Karkariż tilef il-kontroll tal-quad bike bil-konsegwenza li ħabat f’ċint ta’ parapett.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Charmaine Galea, qed tmexxi inkjesta fuq il-post bl-għajnuna ta’ diversi esperti.