Id-diviżjoni tat-tindif u l-manutenzjoni kompliet bil-ħidma tagħha għat-tisbiħ u t-tindif ta’ pajjiżna.
Fl-aħħar jiem fil-Kottonera beda xogħol ta’ tisbiħ, fejn qed jitneħħew pjanti li jkunu kibru mas-swar.
F’konferenza tal-aħbarijiet f’Bormla, id-Direttur tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, Ramon Deguara, spjega li dan ix-xogħol isir erba’ darbiet fis-sena, u jingħaqad mal-ħidma l-ohra tad-diviżjoni madwar pajjiżna.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet, indirizzata wkoll mill-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarji Parlamentari Silvio Parnis u Deo Debattista, intqal li f’sena d-Diviżjoni twettaq xogħol b’xejn fil-lokalitajiet li hu stmat li jiswa mal-miljun u erba’ mitt elf ewro. Din is-sena dan ix-xogħol diġà lahhaq il-valur ta’ madwar €600,000 .
Xogħol li l-lokalitajiet u l-Kunsilli Lokali jgawdu minnu mingħajr ħlas.