Il-ħinijiet għall-viżitaturi fl-isptarijiet imnaqqsa fil-jum tal-votazzjoni | One News

Notifiki

Il-ħinijiet għall-viżitaturi fl-isptarijiet imnaqqsa fil-jum tal-votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija avżat li fil-jum tal-votazzjoni li ser issir il-Ħamis, 23 ta’ Mejju 2019, l-Isptar Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex m’għandhomx jilqgħu viżitaturi ħlief mis-7.00 pm sat-8.00 pm.

Eċċezzjonijiet isiru biss meta jkun hemm raġunijiet serji ta’ saħħa u f’dawn il-każijiet irid jinġieb permess mill-Kummissjoni Elettorali fuq parir tal-awtorità tal-isptar partikolari li jżommu d-diskrezzjoni ta’ kemm qraba jistgħu jidħlu f’waqt wieħed.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend