F’mument fejn il-poplu irid għaqda nazzjonali l-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jagħżel li jipprova jifred. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Il-PL qal li f’każ li ma jirriflettix dak li hu u jemmen il-poplu Malti, il-PN qed jużah biex ikompli l-attakk tiegħu fuq l-istituzzjonijiet bħal pulizija u l-armata. F’konferenza tal-aħbarijiet il-Partit Nazzjonalista prova jkisser il-ħidma li jagħmlu mijiet ta’ ħaddiema b’dedikazzjoni f’dawn iż-żewġ istituzzjonijiet importanti.
Spjega kif anke jekk Beppe Fenech Adami u l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista jibqgħu jagħżlu l-messaġġ tal-firda u l-messaġġ kontra pajjiżna, il-Partit Laburista jibqa’ jibgħat messaġġ favur l-għaqda.
L-istqarrija temmet tgħid li fuq kollox il-Maltin u l-Għawdxin jafu li pajjiżhom mhux il-pajjiż li jipprova jpinġi l-Partit Nazzjonalista.