“Il-ġid ġej u se jibqa’ jiġi” – il-Prim Ministru – One News

Notifiki

“Il-ġid ġej u se jibqa’ jiġi” – il-Prim Ministru

F’attività politika fil-Ħamrun, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem  dwar kif irridu nkomplu naħdmu u naraw kif se nkomplu noħolqu l-ġid. “Il-ġid ġej u se jibqa’ jiġi iktar,” qal il-Prim Ministru li tkellem dwar investimenti ġodda u investiment fl-edukazzjoni fejn jingħataw opportunitajiet lil istudenti.

Irrefera għal numru ta’ aħbarijiet matul il-ġurnata. Fosthom il-kuntratt biex nirranġaw il-polikliniks u l-bereġ tal-pajjiż kollu. Dan b’għaxar miljun ewro ġejjin mill-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment.

Irrefera wkoll għat-tħabbira dwar skema ta’ housing bl-isem ta’ equity sharing. Qal li diġa’ saru xogħolijiet fuq il-kera u l-housing soċjali. Imbagħad hemm is-sitwazzjoni ta’ nies li qatt ma ġew bżonn il-ħadd u lil xejn u ġew f’sitwazzjoni fejn għal darba għandhom bżonn il-gvern.

Il-Prim Ministru ta eżempju ta’ koppja li sseparat u li meta ġiet biex tbiegħ il-proprjetà u għalhekk qasmet id-dħul minn nofs. Dan ma jkunx biżejjed biex jixtru post ġdid. “Dawn in-nies kienu qed jispiċċaw jitfgħu l-flus il-bank imorru fil-kiri,” qal il-Prim Ministru li spjega kif tnieda programm li jaħseb f’dawn it-tip ta’ persuni li għandhom iktar minn 40 sena. Min għandu dik ix-xi ħaġa li jista’ jinvesti jkun hemm proprjetà li tixtri nofsha u n-nofs l-ieħor jidħol għaliha bħala gvern fejn il-gvern iħallas nofs il-loan. Wara għoxrin sena tiddeċiedi jekk tridx tixtri s-sehem tal-gvern jew uliedek. Il-gvern ibigħ bil-prezz tal-lum. “Jekk tkun f’sitwazzjoni li anke 20 sena oħra ma tistax il-gvern ikun lest li l-parti tiegħu idawrha f’kirja soċjali,” qal Joseph Muscat. “Meta aħna ngħidu li nifhmu l-issues tal-housing u li se jkollna soluzzjonijiet qed taraw b’għajnejkom is-soluzzjonijiet,” qal il-Prim Ministru li tenna kif il-gvern ma jiddejaqx jitkellem dwar il-problemi l-ġodda f’dan il-pajjiż.

Joseph Muscat tkellem dwar kif l-għażla ta’ nhar is-Sibt hija bejn Joseph Muscat u Adrian Delia. U appella għall-għajuna tal-poplu Malti. Qal li jitlob dan l-appoġġ b’wiċċu minn quddiem għax dejjem żamm kelmtu. Hawn stieden lill-poplu Malti biex jerġa’ jkun miegħu.

Naffrontaw is-suġġett tal-intergrazzjoni

Il-Maltin iridu li tiġi osservata liġi, iżda ma jaċċettawx dak li ġara meta persuna nqatlet għax hija differenti. Il-Prim Ministru tenna: “Intom il-Maltin ta’ veru li tistennew lill-gvern iżomm is-sigurtà, li ma jħallix kwistjonijiet ta’ ksur ta’ liġi imma li intom bħali u bħal kull persuna oħra… irridu nagħtu sinjal dwar l-integrazzjoni.”

“Din mhijiex kwistjoni li jekk hemm xi ħadd iswed jew sewda nqiegħduh x’imkien. Le, is-soluzzjoni hija l-integrazzjoni,” qal Joseph Muscat li rrefera għal diskors li għamlet Thea Mizzi, tfajla adottata, li l-familja tagħha huma l-ikbar eżempju ta’ integrazzjoni.

L-integrazzjoni tibda mill-każini tal-baned, mill-klabbs sportivi, mill-familji tagħna. “Huwa suġġett li rridu naffrontawh aħna għall-ġid tagħna bħala poplu Malti u Għawdxi,” qal il-Prim Ministru.

“Jien irrid nara tfajliet u ġuvintur li jħossuhom Maltin. Li jħobbu lil pajjiżna anke jekk ma nkunux Maltin. Opportunità storika li se tagħmel differenza fil-ħajja ta’ wliedna. Aħna l-politiċi għandna din ir-responsabbiltà fuqna. Li mmexxu l-pajjiż u li dawn l-affarijiet ngħiduhom,” qal Joseph Muscat.

Tkellem ukoll dwar is-sehem ta’ persuni barranin fl-ekonomija Maltija.

“Ix-xogħol tagħna huwa assigurat għax dik il-fabbrika li għandek bżonn mitt ruħ oħra tista’ ġġibhom dawk il-mitt ruħ. Din hija l-Malta li jien nemmen fiha. Hija l-Malta li nemmen li dan il-mument traġiku li għaddejna minnu nistgħu nieħdu frott li pajjiżna se jgawdi minnu għas-snin li ġejjin,” qal Joseph Muscat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend