Raġel ta’ 55 sena ħelisha ħafif wara li waqa’ żewġ sulari waqt li kien qed juża gaffa fil-Qawra.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:10 fi Triq it-Tamar fil-Qawra meta r-raġel, minn San Pawl il-Baħar, kien qed jagħmel xi xogħlijiet bil-gaffa bil-konsegwenza li waqa’ żewġ sulari bil-gaffa. Fuq il-post kien hemm żagħżugħ ta’ 23 sena li qabeż xi filati biex jgħin lir-raġel, bil-konsegwenza li ġarrab xi ġrieħi f’siequ.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet liż-żewġt irġiel l-isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura meħtieġu.
Fortunatament iż-żewġt irġiel ġarrbu ġrieħi ħfief.