Fl-aħħar sigħat il-Partit Laburista nieda l-aħħar messaġġ tal-kampanja elettorali li bħala tema għandu d-diversità u dak kollu li jgħaqqadna bħala Maltin.
F’attività politika taħt it-tinda f’Ta’ Giorni, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li din il-produzzjoni turi li l-ħsieb tagħna huwa l-punt ta’ valuri u li nfittxu dak li jgħaqqadna u dik li tfisser Malta f’Qalbna għax hija Malta li tħobb.