Fl-aħħar ġimgħa tal-kampanja elettorali, il-Partit Laburista ħareġ fit-toroq l-aħħar billboards tiegħu b’rabta mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.
Il-billboard juri lill-Mexxej Laburista Joseph Muscat jappella lill-poplu Malti u Għawdxi biex is-Sibt li ġej, jerġa’ jingħaqad miegħu fil-vjaġġ li wassal lill-pajjiżna għal bidliet li tejbu l-ħajja tal-għajxien tal-poplu kollu.