F’laqgħa f’Kastilja mal-kapijiet tal-komunitajiet ta’ migranti f’Malta, il-Prim Ministru Joseph Muscat ddikjara b’mod ċar li dak żvelat fi tmiem il-ġimgħa, b’rabta mal-qtil ta’ Lassana Souleyman ma jirrappreżentax lill-poplu Malti. Qal li dan huwa l-oppost ta’ dak li nirrappreżentaw.
B’sens ta’ dispjaċir, il-Prim Ministru tenna li Malta kollha tinsab maħsuda b’dak li ġara. Huwa talabhom ukoll biex jgħinu fl-isforzi li qed tagħmel Malta dwar l-integrazzjoni waqt li stqarr li dan il-każ biddel il-burdata dwar il-mod li bih ċertu persuni kienu jħarsu lejn il-barranin f’pajjiżna.
Qal li anke jekk b’ċajt, ċertu kummenti li kienu jsiru fil-passat, issa mgħandhomx aktar aċċettabbli. Stqarr li jħoss li issa n-nies huma konvinti minn dan kollu u saħaq l-importanza li l-politika ta’ integrazzjoni ta’ pajjiżna ma tibqax aktar fuq il-karta imma tiġi implimentata mill-aktar fis sabiex il-pajjiż jimxi verament ‘il quddiem fil-qasam tal-integrazzjoni.