Żagħżugħ mixli bi traffikar tad-droga ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kkopera mal-Pulizija b'rabta ma' investigazzjoni oħra | One News

Notifiki

Żagħżugħ mixli bi traffikar tad-droga ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kkopera mal-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni oħra

Żagħżugħ mixli bi traffikar tad-droga ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kkopera mal-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni oħra.

Żagħżugħ ta’ 25 minn Marsascala ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti mixli bi traffikar tal-ħaxixa kannabis, pussess aggravat ta’ kokaina u anke arma tan-nar mingħajr il-liċenzja.


Iż-żagħżugħ, li ismu ma jistax jissemma’ minħabba divjett tal-Qorti, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Fil-Qorti l-ispettur Kevin Pulis flimkien mal-Ispettur Mario Xiberras mill-iskwadra ta’ kontra d-drogi u d-dipartiment tal-investigazzjonijiet kriminali rispettivament, spjega li ż-żagħżugħ ġie arrestat f’operazzjoni b’rabta mal-omiċidju tal-immigrant Lassana Souleyman. Madankollu mill-investigazzjonijiet irriżulta li ma kellux x’jaqsam ma’ dan l-omiċidju iżda nstabitlu fil-pussess tiegħu d-droga.

Intqal kif huwa kkopera bis-sħiħ mal-Pulizija u li wassal ukoll sabiex bis-saħħa tiegħu l-investigazzjonijiet imxew b’rittmu aktar mgħaġġel. Kienet l-avukat difensur Gianella de Marco li talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-prosekuzzjoni ma toġġezzjonax minħabba l-koperazzjoni tiegħu mal-Pulizija.

Il-Maġistrat Josette Demicoli tat il-ħelsien mill-arrest liż-żagħżugħ b’diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma fl-għassa taż-Żejtun it-tnejn l-Erbgħa u l-Ġimgħa €2500 depożitu u garanzija personali ta’ €15000.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend