Iż-żewġ suldati, li qed jiġu mixlija bil-qtil ta’ Lassana Souleymane, immigrant ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Ivorju, ġew sospiżi mill-armata.
Sorsi qalu ma’ ONE News li wara li kmieni dalgħodu tressqu l-Qorti, Lorin Scicluna ta’ 22 sena minn Raħal Ġdid u Francesco Fenech ta’ 21 sena minn Marsaskala, huma ġew sospiżi mill-armata.
Huma nżammew arrestati wara li tressqu l-Qorti b’uġenza akkużati li qatlu immigrant f’Ħal Far u ferew tnejn oħra. Il każ seħħ fil-lejl tas-6 ta’ April li għadda fejn dakinhar nqatel Lassana Souleymane ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Ivorju u ġew feruti żewġ immigranti oħra fi triq tal-Ġebel f’Ħal Far.
FILMAT: Jinżammu arrestati ż-żewġ żgħażagħ akkużati li qatlu immigrant f’Ħal Far wara li wieġbu mhux ħatja
Lorin Scicluna ta’ 22 sena minn Raħal Ġdid u Francesco Fenech ta’ 21 minn Marsaskala nżammew arrestati wara li tressqu l-Qorti b’uġenza akkużati li qatlu immigrant f’Ħal Far u ferew tnejn oħra. Il każ seħħ fil-lejl tas-6 ta’ April li għadda fejn dakinhar nqatel Lassana Souleymane ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Ivorju u ġew feruti żewġ immigranti oħra fi triq tal-Ġebel f’Ħal Far.