Sewwieq ta' mutur jindarab gravi f'inċident fil-Mellieħa | One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident fil-Mellieħa

Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-10:15 fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li raġel ta’ 58 sena residenti Birżebbuġa tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Yamaha, u nqaleb.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend