Kmieni dalgħodu Michela Pace rritornat lura Malta wara s-sehem tagħha fil-Eurovision Song Contest f’Tel Aviv.
Milqugħa minn bosta nies bil-bandiera Maltija, huma tawha l-prosit għall-prestazzjoni li tat f’Tel Aviv kemm fis-semi finali u kif ukoll fil-finali b’uħud jistaqsu għal ritratt bħala memorja.
Kienet l-Olanda li lbieraħ serqet ix-xena u kklassifikat l-ewwel wara riżultat ta’ taqtigħ il-qalb, b’Malta kklassifikat fis-16-il post wara li ngħataw il-punti tal-pubbliku.