Żagħżaugħ ta’ 22 sena fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bil-mutur f’Għawdex – One News

Notifiki

Żagħżaugħ ta’ 22 sena fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bil-mutur f’Għawdex

Żagħżugħ ta’ 22 sena qiegħed isofri minn ġrieħi serji wara li nqaleb minn fuq il-mutur tiegħu.

Għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar il-pulizija ġiet imsejħa fi Triq ix-Xħajma fix-Xewkija Għawdex u minn stħarriġ preliminarji rriżulta li r-raġel mix-Xagħra tilef il-kontroll tal-mutur Suzuki u nqaleb minn fuqu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jingħata l-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikar li qed isofri minn ġrieħi serji.

Dwar dan il-każ infetħet Inkjesta u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend