Tibda l-votazzjoni bikrija għall-elezzjonijiet | One News

Notifiki

Tibda l-votazzjoni bikrija għall-elezzjonijiet

Illum l-elettorat jibda jagħmel l-għażla tiegħu fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. Dan hekk kif ġimgħa qabel l-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju, se ssir l-elezzjoni bikrija għal dawk li se jkunu msefrin jew rikoverati fi sptar nhar l-elezzjoni.

Għada, il-Ħadd, hu l-aħħar ċans biex wieħed jiġbor id-dokument tal-vot mill-għases fil-lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex. Il-ġbir tal-voti mill-għases jista’ jsir biss sal-Ħadd li ġej sas-siegħa ta’ waranofsinhar.

Il-Kap tal-Uffiċju Elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt, appella biex min għadu ma ġabarx il-vot, jagħmel dan mill-aktar fis.

Louis Gatt qal, “Il-ħinijiet huma il-Ġimgħa mit-8:00am sas 13:00pm u mit-15:00pm sad-21:00pm, is-Sibt mit-8:00am sal-22:00pm striaght mingħajr waqfien, il-Ħadd l-aħħar ġurnata mit-8:00am sas-13:00pm. Importanti lill-eletturi jieħdu l-karta tal-identita’ magħhom u jiġbru biss id-dokument tal-vot tagħhom biss

Matul il-jum tas-Sibt se jivvutaw ukoll l-anzjani li jgħixu f’residenza ta’ aktar minn 50 anzjan.

Stqarr li, “Dawk l-anzjani li huma reġistrtai fuq dik id-dar diġa d-dokument tal-vot qed għand il-Kummissjoni biex itih lill-votanti dak in-nhar. Dawk l-anzjani li jirrisjedu f’dik id-dar imma l-indirizz għadu fejn kienu joqgħodu qabel il-Kummissjoni se tagħmel arranġamenti sabiex id-dokument tal-vot tagħhom jinġabar mill-għases u s-Sibt itijulhom biex jeżerċitaw id-dritt tal-vot.”

Is-Sur Gatt qal li jista’ jagħti l-każ ukoll li d-dokument tal-vot inġabar minn xi qraba tal-anzjani.

Kompla, “Importanti dak ir-relative jieħu d-dokument tal-votazzjoni jew il-ġimgħa jew is-Sibt filgħodu biex l-anzjan ikun jista’ jeżerċita d-dritt li jivvota.”

Kull anzjan jista’ jdaħħal xi karti miegħu biex jindika lill-Assistent Kummissarju Elettorali x-xewqa tiegħu ta’ kif irid jivvota, għalkemm irid jindika b’sinjal lill-kandidati preferuti tiegħu.

Saħaq, “Ġewwa l-kamra tal-votazzjoni dawk li se jitolbu l-għajnuna se jsibu l-għajnuna tal-AECs se jkunu waħidhom magħhom. Huma se jivvutawlhom skont ix-xewqa tal-anzjani stess”

Appella biex kull minn ikollu xi problema nhar is-Sibt li ġej fil-votazzjoni jċempel l-uffiċċju elettorali tal-Partit Laburista fuq 80072257.

F’din il-votazzjoni jistgħu jivvutaw biss dawk li ffirmaw dokumentazzjoni ġuramentata mal-Kummissjoni Elettorali. Il-votazzjoni se ssir fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar u fil-farm sperimentali fix-Xewkija Għawdex, bejn is-7:00am u l-22:00pm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend