Riġenerazzjoni fl-akkomodazzjoni soċjali fil-Belt Valletta – One News

Notifiki

Riġenerazzjoni fl-akkomodazzjoni soċjali fil-Belt Valletta

Il-bini ta’ akkomodazzjoni soċjali li jdawwar pjazza Mattia Preti fin-naħa ta’ isfel tal-Belt Valletta se jkun qed isirlu xogħol estensiv fuq il-faċċati u l-komun. Dan b’investiment totali ta’ seba’ miljun ewro minn fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali.

Meta ħabbar dan il-proġett, il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan kollu qed isir għall-benefiċċju tar-residenti ta’ din iż-żona tal-Kapitali.

“Dan huwa parti mir-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta li taħseb fin-nies u tassigura li min ġie imwieled fil-Belt, jibqa’ jgħix ġewwa l-Belt.” Qal il-Ministru Mizzi.

Il-Ministru semma wkoll kif binja stingata fi Triq Tal-Karmnu fil-Belt, ingħatat lill-Gvern mill-Awtorità tal-artijiet biex tiġi rrestawrata u mibdula fi ħdax-il appartament għall-akkomodazzjoni soċjali.

Is-Segretarju Parlamentati għall-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia, spjega kif dan l-investiment se jwassal biex ikun hemm prosperità b’għan li jilħaq lill-komunità Beltija.

Irridu li l-prosperità tmur b’social justice, jiġifieri prosperity with a purpose. U allura hawn element ta’ komunità, investiment fil-qasam soċjali.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Rodrick Galdes qal li mat-tlieta u tletin binja fil-Belt Valletta, li kienu fi stat ta’ abbandun, se jkunu qed jiġu rrestawrati bil-għan li tiżdied l-akkomodazzjoni soċjali fil-Belt Valletta.

La issa qed ninvestu fil-qasam tal-housing, kien mument opportun li dawn il-binjiet nirrestawrawhom, nerġgħu nagħtuhom il-ħajja mill-ġdid.”

Iċ-Chairman tal-GHRC, Stefan Zrinzo Azzopardi, qal li permezz ta’ din ir-riġenerazzjoni, il-korporazzjoni qed tiffoka l-enerġija tagħha għal proġetti għan-nies, fil-fatt, il-proġett li tħabbar is-Sibt kien intalab ukoll mir-residenti ta’ din iż-żona tal-Belt Valletta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend