Miriam Dalli tiżvela aktar voti kontra Malta mill-MEPs tal-PN | One News

Notifiki

Miriam Dalli tiżvela aktar voti kontra Malta mill-MEPs tal-PN

Waqt Xarabank, l-ewroparlamentari tal-Partit Laburista Miriam Dalli kompliet tiżvela aktar voti mill-ewroparlamentari nazzjonalisti kontra l-interess ta’ pajjiżna.

Miriam Dalli bil-fatti f’idejha, żvelat li l-ewroparlamentari Nazzjonalisti David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech fost oħrajn ivvutaw  favur emenda li tgħid li pajjizn għandu s-sistema ta’ tassazzjoni li timminia l-kompetenza tas-suq intern.

B’Miriam Dalli tkellmet ukoll dwar voti oħra li ħadu l-ewroparlamentari nazzjonalist, fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem.

Il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista Frank Psaila u Peter Agius komplew bl-stess negattiva u kritika lejn il-gvern.

Izda id-deputat Prim Ministru Chris Fearne tkellem fuq temi li jolqtu lin-nies. Fosthom ħabba rinvestiment ta’ għaxar miljun ewro fiċ-ċentri tas-saħħa.

Dibattitu li kompla joħroġ id-differenza bejn l-ewroparlamentari nazzjonalisti u l-ewroparlamentari laburisti, li jaħdmu b’malta f’qalbhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend