BIL-FILMATI: L-Aqwa fl-Ewropa f'sittin sekonda | One News

Notifiki

BIL-FILMATI: L-Aqwa fl-Ewropa f’sittin sekonda

60 sekonda mhumiex biżżejjed biex nuru s-suċċessi li kiseb il-Partit Laburista fil-Gvern iżda din mhux ser twaqqafna milli nippruvaw.

Nibdew is-suċċessi tagħna billi nsemmu li pajjiżna l-akbar rata ta’ ħolqien tax-xogħol u nkomplu billi nfakkru li għar-raba’ sena konsekuttiva Malta kklassifikat fl-ewwel post f’dak li jikkonċerna drittijiet ċivili.

Konna pajjiż strumentali fil-qasam tal-blockchain, tant li spiċċajna magħrufin bħala l-Blockchain Island. Konna l-pajjiż bl-ogħla tkabbir ekonomiku b’suplus fost l-akbar fl-Ewropa.

Klassifikati bħala l-aktar nies kuntenti bil-kwalità tal-ħajja u aktar minn hekk, konna t’eżempju fl-użu ta’ fondi Ewropej.

Kellna l-akbar żieda ta’ nisa fix-xogħol grazzi għal numri ta’ miżuri li ħeġġew lin-nisa joħorġu jaħdmu. Għandna wkoll l-aktar rata ta’ gradwati li jaħdmu wara li jlestu l-istudji tagħhom.

Uniku pajjiż b’childcare b’xejn u fost l-aqwa pajjiżi fil-qasam tas-saħħa speċifikament saħħa tat-tfal. Nikklassifikaw ukoll fost l-aqwa fis-servizzi diġitali u l-internet.

Malta llum hija fost l-aqwa fid-dinja fis-settur turistiku. Malta, l-aqwa fl-Ewropa

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend