Jibdew jivvutaw l-early voters | One News

Notifiki

Jibdew jivvutaw l-early voters

Matul il-jum tas-Sibt bdiet l-ewwel parti tal-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.

Fost l-ewwel li vvutaw għal dawn l-elezzjonijiet kien hemm l-anzjani li jgħixu fid-djar tal-anzjani, dawk li jinsabu miżmuma fil-ħabs ta’ Kordin u dawk li se jkunu msiefra dakinhar tal-elezzjoni, fil-ħamsa u għoxrin ta’ Mejju li ġej.

Dawn il-persuni qed jivvutaw fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar filwaqt li l-anzjani qed jivvutaw fid-djar tal-anzjani, u dawk li qed jiġu miżmuma fil-ħabs qed jivvutaw fil-bini tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

B’kollox kien hemm sebat elef, mija, sitta u ħamsin votant li kienu eliġibbli biex jivvutaw fis-sessjoni tal-votazzjoni tas-Sibt.

Minn dawn, elfejn, sebgħa mija, tmienja u għoxrin huma advance voters li se jkunu imsiefra jew xogħol waqt l-elezzjoni tas-Sibt li ġej, mija sitta u sinn persuna miżmuma fil-Ħabs u erbat elef, ħames mija, tnejn u sittin persuna rikoverati fid-djar tal-anzjani u fir-residenza San Vincenz De Paule.

Din is-sessjoni ta’ votazzjoni mistennija tagħlaq il-bibien tagħha fl-għaxra ta’ filgħaxija imbagħad il-kaxxi ssiġilati jittieħdu fl-istrong room fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti sakemm jibda l-għadd tal-voti fis-sitta u għoxrin ta’ Mejju li ġej.

Nhar il-Ħamis li ġej se tkun qed tittella’ sessjoni oħra ta’ votazzjoni għal min se jkun rikoverat l-isptar dakinhar tal-elezzjoni.

Għalekk dawk li sat-Tnejn filgħaxija se jkunu rikoverati fl-Isptar Mater Dei, fl-isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, fl-isptar Karen Grech, f’Monte Karmeli u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jkunu qed jivvutaw fl-istess sptar matul il-jum tal-Ħamis.

Għal kull tip ta’ informazzjoni il-Partit Laburista nieda l-freephone 80072257.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend