Iwieġeb mhux ħati li kkawża ġrieħi ħfif fuq l-eks tfajla tiegħu – One News

Notifiki

Iwieġeb mhux ħati li kkawża ġrieħi ħfif fuq l-eks tfajla tiegħu

Raġel miż-Żejtun iwieġeb mhux ħati li kkawża ġrieħi ħfif fuq l-eks tfajla tiegħu wara li allegatament taha daqqa ta’ ħarta f’għassa tal-pulizija waqt argument sħun.

Mario Ellul ta’ 42 sena li jaħdem bħala bennej ingħata l-libertà proviżorja wara li l-Qorti semgħet stejjer fuq il-ħajja romantika problematika tiegħu. Il-koppja kien ilhom joħorġu flimkien għal 10 xhur u sseparaw minn xulxin xahrejn ilu.

L-avukat tad-difiża Veronique Dalli qalet lill-qorti ppresedutha mill-Maġistrat Joe Mifsud, li l-koppja kienu jiġġieldu  frekwentament u li l-imputat kien qiegħed jiġi rikattat mill-eks tfajla tiegħu.

Stqarret li sa ġurnata qabel l-inċident, l-eks tfajla bagħtet lill-akkużat ritratt tagħha fis-sodda mas-sieħeb il-ġdid tagħha.

L-ispettur Roderick Attard stqarr mal-Qorti li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u m’eskludiex li l-mara tista’ tittella’ il-Qorti fuq akkużi kriminali.

Bħala prevenzjoni, il-pulizija kkonfiskat tlett armi tan-nar irreġistri fuq ir-raġel. Ellul ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000. Il-Qorti ordnat lil Ellul biex ta’ kull filgħaxija jkun id-dar sal-10 ta’ filgħaxija u ma joħroġx qabel il-5 ta’ filgħodu.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni fuq il-mara u s-sieħeb ġdid tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend