Il-PM jinawgura l-Kunsill Lokali ġdid tax-Xewkija – One News

Notifiki

Il-PM jinawgura l-Kunsill Lokali ġdid tax-Xewkija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura uffiċini ġodda għal-Kunsilli Lokali tax-Xewkija.

Waqt li ndirizza ċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni Dr. Muscat qal li lil hinn mill-binja aċċessibbli għal kuħadd huwa saħaq li din hija prova oħra ta’ kemm il-ħidma fil-lokalità għandha tkun magħmula b’imħabba lejn il-lokalità.

Dan filwaqt li nnota x-xogħolijiet li saru mill-Gvern fl-aħħar snin f’din il-lokalità.

Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana qalet kif huwa ta’ gost għaliha li l-Kunsill Lokali tax-Xewkija issa għandu post ċentrali minn fejn jopera. Saret li f’din il-lokalità l-Gvern qed jagħmel xogħol kbir sabiex ix-Xewkija verament jingħatalu l-importanza li jixraqlu.

Is-Sindku tax-Xewkija, Paul Azzopardi saħaq li x-xogħol tal-Kunsill Lokali tax-Xewkija ma kellu l-ebda kulur politiku iżda sar kollu għall-ġid tax-Xewkija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend