Identifikati ż-żgħażagħ akkużati bil-qtil tal-immigrant Lassana Souleymane – One News

Notifiki

Identifikati ż-żgħażagħ akkużati bil-qtil tal-immigrant Lassana Souleymane

Ftit tal-mumenti ilu rapporti fil-midja identifikaw liż-żewġ suldati żgħażagħ li mistennija jiġu akkużati bl-allegat qtil ta’ Lassana Souleymane u bl-attentat ta’ qtil ta’ żewġ żgħażagħ barranin oħra ta’ 27 u 28 sena.

Francesco Fenech miż-Żejtun u Lorin Scicluna minn Raħal Ġdid mistennija jiġu akkużati wkoll b’attentat ta’ qtil ta’ żagħżugħ barrani ieħor ta’ 17 il-sena li allegatament kienu saqu fuhqu u telqu ftit tal-ġimgħat qabel.

Din l-aħbar ġabet l-istmerrija ta’ bosta fosthom tal-Prim Ministru li saħaq ukoll li kliem ta’ mibegħda u diviżjoni m’għadhomx post fis-soċjetà Maltija.

Il-President tar-Repubblika George Vella wkoll kkumenta dwar dan il-każ u qal li okkażjoni bħal din għandha ġġegħielna nirriflettu bis-serjetà u fil-fond, u noħolqu djalogu sinċier dwar il-futur ta’ pajjiżna bħala komunità multietnika, multikulturali, u tolleranti. Aktar kmieni ħarġu wkoll numru ta’ stqarrijiet minn diversi għaqdiet mhux governattivi li laqgħu l-impenn tal-Pulizija sabiex solvew dan il-każ u qalu li dan l-aġir taż-żewġ żgħażagħ m’għandux jirrifletti fuq il-kumplament tal-membri tal-Forzi Armati.

AĠĠORNAT: Żewġ suldati arrestati b’rabta mal-omiċidju tal-immigrant

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend