Delia ma jħallix lil David Agius jattendi | One News

Notifiki

Delia ma jħallix lil David Agius jattendi

Il-Partit Nazzjonalista m’għandux fiduċja fil-viċi kap nazzjonalista David Agius, li l-Ġimgħa filgħaxija ma bagħtux lil David Agius għal dibattitu mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.

Iżda Adrian Delia, ma kienx komdu li David Agius jattendi għad-dibattitu għax m’għandux fiduċja fih, u gideb meta skontu David Agius ma kienx mistieden għad-dibattitu.

Bid-deputat Prim Ministru Chris Fearne innota li David Agius ma marx għad-dibattitu. F’paniku, l-Kap Nazzjonalita Adrian Delia prova joħloq kwistjoni, iżda spiċċa tħawwad fiha.

Il-Ħamis meta ndirizza lill-partitarji nazzjonalisti f’B’kara, qalhom li se jmur fuq Xarabank il-ġimgħa filgħaxija.

Iżda l-ġimgħa Adrian Delia lanqas hu ma marx għal Xarabank. Sabiex l-ġimgħa filgħaxija l-Kap Nazzjonalista kellu jikkonferma li hu u l-Prim Ministru se jidibattu flimkien nhar l-Erbgħa fuq d-dibattitu imtella mill-Awtorita tax-Xandir fuq ix-xandir nazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend