Xogħlijiet ta' riġenerazzjoni fil-berġa tas-saħħa taż-Żejtun | One News

Notifiki

Xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni fil-berġa tas-saħħa taż-Żejtun

Fil-berġa tas-saħħa taż-Żejtun bħalissa għaddej xogħol estensiv ta’ riġenerazzjoni li ser iwassal sabiex fil-ġimgħat li ġejjin iż-Żejtun ikollu berġa tas-saħħa moderna u li toffri diversi servizzi kemm għar-residenti Żwieten kif ukoll għal dawk tal-madwar.

Waqt żjara li għamel id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, intqal li s-servizzi li ser ikunu offruti minn din il-berġa ser jiżdiedu.

Dan ix-xoghol li qed isir fil-berġa taż-Żejtun mhux se jkun biss xogħol strutturali li qed iwassal biex minn żewġt ikmamar issa se jkun hawn erba’ kliniċi attrezzati u moderni imma ser jiżdiedu s-servizzi kliniċi fosthom is-servizz ta’ tabib, servizz ta’ infermiera, servizzi tal-podjatrija, patoloġija mitkellma, servizzi ta’ nutrizzjonisti u pariri dwar stil ta’ ħajja aktar sana.”

Il-Ministru Fearne tkellem ukoll dwar il-politika tal-gvern fil-qasam tal-kura primarja fejn wara snin ta’ telqa taħt amministrazzjonijiet preċedenti, dan il-gvern qed jerġa’ jagħti l-ħajja lill-bereġ tas-saħħa sabiex aktar u aktar pazjenti jkunu jistgħu jinqdew fil-komunità u fil-lokalità fejn jgħixu.

Preżenti waqt din iż-żjara kienet ukoll is-Sindku taż-Żejtun Doris Abela li min-naħa tagħha qalet li l-ftuħ tal-berġa se jkun qed jiffranka ħafna skariġġ lir-residenti Żwieten li ser ikunu jistgħu jinqdew fir-raħal tagħhom stess.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend