Mara ta’ 41 sena min-Naxxar ittieħdet l-isptar Mater Dei wara li d-dgħajsa li kienet fuqha għerqet f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-12:15 qrib ix-Xatt ta’ Tas-Sliema meta għal xi raġuni, dgħajsa li abbord fuqha kien hemm seba’ persuni, għerqet.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.