Il-Maltin li siefru fl-ewwel tliet xhur tas-sena żdiedu b’aktar minn disat elf meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. B’kollox bejn Jannar u Marzu siefru aktar minn 146 elf u tmien mitt ruħ għal żieda ta’ 6.6%.
Kważi nofs il-Maltin li siefru kienu fil-grupp ta’ etajiet ta’ bejn il-25 sena u l-44 sena u l-kważi nofshom marru f’destinazzjonjiet fl-Unjoni Ewropea. L-ikatar popolari baqgħu l-Italja u r-Renju Unit bi kważi nofs iż-żjajar tal-Maltin barra minn xtutna.
Miċ-ċifri joħroġ ukoll li bejn Jannar u Marzu, l-infiq tal-Maltin fuq safar żdied b’9.3% għal €112.9 miljun. Ras għal ras il-Maltin nefqu medja ta’ €769 għal kull vjaġġ.