Il-Prim Ministru Joseph Muscat ingħata merħba sabiħa ferm mir-residenti ta’ Ħal Farruġ, l-Imqabba u l-Qrendi.
Fit-tlett irħula il-Mexxej Laburista kien imdawwar b’ħafna nies ta’ kull età – min biex jieħu ritratt, min biex jgħid kelmtejn u oħrajn li xtaqu jgħidulu grazzi tal-kisbiet li għamel fl-aħħar snin.
F’Ħal Farruġ il-Prim Ministru wiegħed is-sostenn u l-appoġġ kollu sabiex isir il-proġett tal-ġnien.
Fl-Imqabba l-Prim Ministru ħeġġeġ lill-folla preżenti sabiex jivvutaw għall-kandidati kollha. Dan hekk kif f’din il-lokalità, id-differenza ta’ ftit voti taf iddawwar il-kunsill.
Fil-Qrendi Dr Muscat appella biex kulħadd jivvota għall-14 il-kandidat tal-PL għall-Parlament Ewropew. Fakkar li l-maġġoranza ta’ tlieta u tletin elf vot ħames snin ilu xorta irriżultat f’parità ta’ siġġijiet.