Dalgħodu sar il-kxif tal-ewwel ġebla kommemorattiva taċ-ċentru l-gġid ta’ terapija għal żgħażagħ bil-vizzju tad-droga f’Ta’ Kandja b’kolaborazzjoni ma’ Caritas Malta. Dan l investiment ta’ €3.3 miljun qed isir direttament mill-Gvern li jinkludi l-art u l-bini taċ-ċentru. Iżda apparti minn hekk il-Gvern se jkun qed jiffinanzja wkoll it-tmexxija u l-operat taċ-ċentru bl-ispiża ta’ €750,000 fis-sena. Il-kxif tal-ġebla sar mill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Arċisqof Charles Scicluna.
Fid-diskors tiegħu l-Arċisqof qal li dan l-investiment qed isir bis-saħħa tal-istat, li għaraf jinvesti b’mod għaqli f’ċentru li se jgħin għexieren ta’ żgħażagħ vulnerabbli. Qal ukoll li dan hu xhieda ta’ fiduċja bejn l-istat u l-knisja.
Il-Prim Ministru qal li apparti li hu sodisfatt b’dan il-proġett nnifsu, hu sodisfatt għax dan hu proġett ta’ għaqda li għaqqad ukoll il-persuni minn spektru politiku differenti. Sostna li l-proġett hu xhieda wkoll ta’ kemm il-gvern u l-Knisja jaħdmu flimkien.
Fi tweet fuq Twitter il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega kif se jiġi mniedi ċentru ġdid għal terapija għaż-żgħażagħ bil-vizzju tad-droga fejn dan jixhed eżempju eċċellenti ta’ koperazzjoni favur il-ħajja.
Together with @iamCARITAS #Malta we are launching a new therapy centre for adolescent victims of drug abuse. An excellent example of cooperation in favour of life -JM @BishopScicluna @DrFalzon @dr_micfarr pic.twitter.com/MKUVV7tPN5
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) May 17, 2019