Raġel ta’ 40 sena ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur f’Pembroke.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:00 fi Triq Sant’ Andrija f’San Ġiljan meta karozza tat-tip Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mis-Swieqi ħabtet ma’ mutur tat-tip Malagutti misjuq minn raġel ta’ 40 sena mill-Kosta tal-Ivorju.
Fuq il-post issejħet amublanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni għadha mhix magħrufa.