Studju biex parti minn Triq Sant'Anna ssir żona għall-mixi | One News

Notifiki

Studju biex parti minn Triq Sant’Anna ssir żona għall-mixi

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern għaddej b’xogħol kbir biex jirranġa bosta oqsma tad-djar imferrxin mal-pajjiż kollu.

Waqt laqgħat li kellu mar-residenti tal-Pietà, il-Prim Ministru qal li dawn l-oqsma tad-djar qed isiru wkoll aktar aċċessibbli bl-installazzjoni ta’ bosta liftijiet.

F’laqgħa oħra mar-residenti tal-Furjana, Joseph Muscat qal li waħda mill-proposti tal-Partit Laburista għal din il-lokalità hija li jsir studju biex parti minn Triq Sant Anna ssir żona pedonali.

Qal li dan il-proġett għandu jagħmel minn din it-triq waħda mill-isbaħ pjazez ta’ Malta.

Il-Prim Ministru ta ħajr lill-kunsilliera li taw sehemhom f’din l-aħħar legizlatura u appella biex disat ijiem oħra, il-poplu Malti u Għawdxi jivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend